Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Sottoskrizzjoni tal-kapital

Aġġornat l-aħħar fil-1 ta’ Jannar 2026

Il-kapital tal-BĊE jiġi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri kollha tal-UE u jammonta għal €10,825,007,069.61.

L-ishma tal-BĊNi f'dan il-kapital jiġu kkalkolati permezz ta’ skema li tirrifletti s-sehem tal-pajjiż rispettiv fil-popolazzjoni totali u fil-prodott domestiku gross totali tal-UE. Dawn iż-żewġ fatturi determinanti għandhom l-istess ponderazzjoni. Il-BĊE jaġġusta l-ishma kull ħames snin u kull meta jkun hemm bidla fl-għadd ta’ BĊNi li jikkontribwixxu għall-kapital tal-BĊE. L-aġġustament isir abbażi ta’ data pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea. L-aħħar aġġustament sar fl-1 ta’ Jannar 2024.

Banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro

Is-sottoskrizzjonijiet imħallsa għalkollox mill-BĊNi taż-żona tal-euro għall-kapital tal-BĊE jammontaw €8,957,303,649.83 maqsumin kif ġej:

Kontribuzzjonijiet tal-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro għall-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew

Bank ċentrali nazzjonali

Skema tal-kapital % (1)

Kapital imħallas (€)

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (il-Belġju)

3.0005

324,804,337.12

Българска народна банка
(Bulgarian National Bank) (il-Bulgarija)

0.9783

105,901,044.16

Deutsche Bundesbank (il-Ġermanja)

21.7749

2,357,134,464.40

Eesti Pank (l-Estonja)

0.2437

26,380,542.23

Central Bank of Ireland (l-Irlanda)

1.7811

192,804,200.92

Bank of Greece (il-Greċja)

1.8474

199,981,180.60

Banco de España (Spanja)

9.6690

1,046,669,933.56

Banque de France (Franza)

16.3575

1,770,700,531.41

Hrvatska narodna banka (il-Kroazja)

0.6329

68,511,469.74

Banca d'Italia (l-Italja)

13.0993

1,418,000,151.07

Central Bank of Cyprus (Ċipru)

0.1802

19,506,662.74

Latvijas Banka (il-Latvja)

0.3169

34,304,447.40

Lietuvos bankas (il-Litwanja)

0.4826

52,241,484.12

Banque centrale du Luxembourg (il-Lussemburgu)

0.2976

32,215,221.04

Bank Ċentrali ta' Malta (Malta)

0.1053

11,398,732.44

De Nederlandsche Bank (in-Netherlands)

4.8306

522,912,791.50

Oesterreichische Nationalbank (l-Awstrija)

2.4175

261,694,545.91

Banco de Portugal (il-Portugall)

1.9014

205,826,684.42

Banka Slovenije (is-Slovenja)

0.4041

43,743,853.57

Národná banka Slovenska (is-Slovakkja)

0.9403

101,787,541.48

Suomen Pankki – Finlands Bank (il-Finlandja)

1.4853

160,783,830.00

Total

82.7464

8,957,303,649.83

(1) Sa mill-bidu tat-Tielet Stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja fl-1 ta’ Jannar 1999, l-iskema tal-kapital inbidlet disa’ darbiet: sar aġġornament ta’ kull ħames snin fl-1 ta’ Jannar 2004, fl-1 ta' Jannar 2009, fl-1 ta’ Jannar 2014, fl-1 ta’ Jannar 2019 u fl-1 ta' Jannar 2024; saru bidliet addizzjonali fl-1 ta’ Mejju 2004 (meta r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ssieħbu fl-UE), fl-1 ta’ Jannar 2007 (meta l-Bulgarija u r-Rumanija ssieħbu mal-UE),fl-1 ta’ Lulju 2013 (meta l-Kroazja ssieħbet fl-UE) u fl-1 ta’ Frar 2020 (wara li r-Renju Unit ħareġ mill-UE).

(2) Il-Bulgarian National Bank sar membru tal-Eurosistema wara d-dħul tal-Bulgarija fiż-żona tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2026. Għalhekk, f’dik id-data l-Bulgarian National Bank ħallas il-bqija tal-kapital sottoskritt tiegħu lill-BĊE.

Banek ċentrali nazzjonali barra ż-żona tal-euro

Is-sitt BĊN barra ż-żona tal-euro huma meħtieġa jikkontribwixxu għall-ispejjeż operazzjonali mġarrba mill-BĊE fir-rigward tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali billi jħallsu perċentwal żgħir tas-sehem tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE. Mid-29 ta' Diċembru 2010 il-kontribuzzjonijiet tagħhom irrappreżentaw 3.75% tas-sehem totali tagħhom fil-kapital sottoskritt. Il-kapital imħallas lill-BĊE mill-BĊNi barra ż-żona tal-euro jammonta għal €70,038,878.24 u jinqasam kif ġej:

Kontribuzzjonijiet tal-BĊN barra ż-żona tal-euro għall-kapital tal-BĊE

Bank ċentrali nazzjonali

Skema tal-kapital %

Kapital imħallas (€)

Česká národní banka (ir-Repubblika Ċeka)

1.9623

7,965,716.76

Danmarks Nationalbank (id-Danimarka)

1.7797

7,224,474.41

Magyar Nemzeti Bank (l-Ungerija)

1.5819

6,421,529.51

Narodowy Bank Polski (il-Polonja)

6.0968

24,749,213.66

Banca Naţională a României (ir-Rumanija)

2.8888

11,726,730.16

Sveriges Riksbank (l-Iżvezja)

2.9441

11,951,213.74

Total

17.2536

70,038,878.24

Il-BĊN barra ż-żona tal-euro ma huma intitolati jirċievu l-ebda sehem mill-qligħ tal-BĊE li jitqassam, u lanqas ma huma responsabbli biex jagħmlu tajjeb għal kwalunkwe telf li jġarrab il-BĊE.

Skema tal-kapital tal-Eurosistema

L-iskema kapitali tal-Eurosistema hija l-iskema kapitali użata, pereżempju, biex tiggwida l-biċċa l-kbira ta’ xiri f’xi uħud mill-programmi ta’ xiri tal-BĊE minħabba li tinkludi biss il-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro.

Skema tal-kapital tal-Eurosistema fl-1 ta’ Jannar 2026 u l-1 ta’ Jannar 2024

Pajjiż

Skema kapitali tal-Eurosistema fl-1 ta’ Jan 2026 %

Skema kapitali tal-Eurosistema fl-1 ta’ Jan 2024 %

Il-Belġju

3.6261

3.6695

Il-Bulgarija

1.1823

Ir-Repubblika Ċeka

Id-Danimarka

Il-Ġermanja

26.3152

26.6301

L-Estonja

0.2945

0.2980

L-Irlanda

2.1525

2.1782

Il-Greċja

2.2326

2.2593

Spanja

11.6851

11.8249

Franza

19.7682

20.0047

Il-Kroazja

0.7649

0.7740

L-Italja

15.8307

16.0201

Ċipru

0.2178

0.2204

Il-Latvja

0.3830

0.3876

Il-Litwanja

0.5832

0.5902

Il-Lussemburgu

0.3597

0.3640

L-Ungerija

Malta

0.1273

0.1288

In-Netherlands

5.8378

5.9077

L-Awstrija

2.9216

2.9565

Il-Polonja

Il-Portugall

2.2979

2.3254

Ir-Rumanija

Is-Slovenja

0.4884

0.4942

Is-Slovakkja

1.1364

1.1500

Il-Finlandja

1.7950

1.8165

L-Iżvezja

Total(3)

100.0000

100.0000

(3) Iċ-ċifri jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib.

Allokazzjoni tal-qligħ u t-telf nett tal-BĊE

Il-qligħ u t-telf nett tal-BĊE jiġu allokati fost il-BĊN taż-żona tal-euro skont l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew:

33.1. Il-qligħ nett tal-BĊE għandu jiġi trasferit fl-ordni li ġej:

  1. ammont li għandu jiġi deċiż mill-Kunsill Governattiv, li m’għandux jaqbeż 20% tal-qligħ nett, għandu jiġi trasferit fil-fond ġenerali tar-riżervi sa limitu ekwivalenti għal 100% tal-kapital;
  2. il-bqija tal-qligħ nett għandu jitqassam lill-azzjonisti tal-BĊE fil-proporzjon tal-ishma mħallsin tagħhom.

33.2. F'każ ta' telf imġarrab mill-BĊE, l-iżbilanċ jista' jitpatta mill-fond ġenerali tar-riżervi tal-BĊE u, jekk ikun meħtieġ, wara deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv, mid-dħul monetarju tas-sena finanzjarja rilevanti fi proporzjon u sal-ammonti allokati lill-banek ċentrali nazzjonali skont l-Artikolu 32.5.

ARA WKOLL

Skopri aktar dwar kontenut relatat

Il-paġni kollha f’din it-taqsima